fond il-bahar

Bħal vjaġġatur mill-bogħod

Bħal vjaġġatur mill-bogħod nistenniek tiġi,mifruxa ħarsti ’l hemm lejn l-orizzont,nitħabat ma’ tqalligħ il-mewġ tal-ħajja,taman li ma ndumx wisq…
0 Shares
0
0

Bħal vjaġġatur mill-bogħod nistenniek tiġi,
mifruxa ħarsti ’l hemm lejn l-orizzont,
nitħabat ma’ tqalligħ il-mewġ tal-ħajja,
taman li ma ndumx wisq ma nilmħek qrib.

U anke meta l-lejl jiddallam fuqi
u x-xefaq ma jidhirx għax mudlam wisq
bħal donnu jibqa’ tiela’ w jibla’ s-sema,
jo’ s-sema jinżel jgħum fil-baħar fond,

’l hemmhekk jibqgħu iħarsu dritt għajnejja,
ngħasses ħawtiel u nishar bla heda
sakemm din xewqti midfuna ġo qalbi
it-temma tagħha ssib li tkun miksub.

Jew tgħid ġa qiegħed hawn bħal għarib moħbi,
tistenna li, xħin kollni ndur, nagħrfek?

No tags for this post.
0 Shares
You May Also Like